Min Aħna?

Youth Alive hija organiżżazzjoni ta' voluntiera żgħażagħ li taf il-bidu tagħha lura fl-1996. Il-ħidma ewlenija ta' Youth Alive dejjem kienet il-formazzjoni taż-żgħażagħ permezz ta' parteċipazzjoni attiva fil-komunità mibnija fuq sisien sodi ta' katekeżi tal-Kelma t'Alla u l-Ispiritwalità Franġiskana. Huma jagħmlu dan permezz ta' programm ta' inizjattivi ta' spiritwalità li joffru kull sena għal kulħadd, b'mod speċjali għaż-żgħażagħ;.

Fid-29 t'Awissu 2007 Youth Alive ġiet stabbilita bħala Fondazzjoni, biċ-ċentru tagħha "Dar Frate Jacoba" ġewwa Wied il-Għajn, b'dawn l-għanijiet:

  1. toffri liż-żgħażagħ / żgħażagħ bi bżonnijiet soċjali ambjent li fih jistgħu jgħixu l-ħajja fil-milja kollha tagħha;
  2. tippromwovi l-iżvilupp tas-self help u l-kooperazzjoni, f'kuntrast mal-kompetizzjoni;
  3. toħloq l-opportunità li wieħed jgħin u jieħu sehem fil-ħajja ta' persuni bi bżonnijiet soċjali diversi;
  4. tgħin liż-żgħażagħ jifhmu li kull bniedem huwa maħluq xbieha t'Alla u għandu jirċievi trattament skond dan it-twemmin;
  5. tipprovdi l-opportunità li wieħed jgħix f'open community, magħmula minn lajċi w reliġjużi, irġiel u nisa, bil-għan li wieħed iġedded il-mixja spiritwali u s-sejħa tiegħu;
  6. toffri counselling, direzzjoni spiritwali, lectio divina, korsijiet ta' spiritwalità, irtiri, live-ins u pellegrinaġġi.