Dar Frate Jacoba  youth alive logo

Youth Alive hija organiżżazzjoni ta' voluntiera żgħażagħ li taf il-bidu tagħha lura fl-1996. Il-ħidma ewlenija ta' Youth Alive dejjem kienet il-formazzjoni taż-żgħażagħ permezz ta' parteċipazzjoni attiva fil-komunità mibnija fuq sisien sodi ta' katekeżi tal-Kelma t'Alla u l- Ispiritwalità Franġiskana.

F'din il-website ser issib tgħarif dwar il-fondazzjoni u l-ħidma tagħha kif ukoll dwar il-programm ta' inizjattivi ta' spiritwalità li joffru kull sena għal kulħadd, b'mod speċjali għaż-żgħażagħ.