Korsijiet 2014-2015

25 ta' Jannar - It-Tagħlim Soċjali tal-Knisja
26 ta' April - Hxejjex Mediċinali
14 ta' Ġunju - It-Tagħlim Soċjali tal-Knisja

Korsijiet Passati

The Enduring Word

Introduzzjoni għall-Bibbja f'9 Sessjonijiet. Nhar ta' Ġimgħa fit-20:30, mis-17 ta' Ottubru sat-12 ta' Diċembru 2008.

Il-Maħbub ta' Alla u tal-Bnedmin

Għejun Medjevali għall-ħajja ta' San Franġisk fi 13-il sessjoni. Nhar ta' Ġimgħa fit-20:30 mit-2 ta' Jannar sas-27 ta' Marzu 2009.

"Mulej, Int Min Int?, u Jien Min Jien?"

Kors ta' Spiritwalità Franġiskana biex tiskopri l-Identità tigħek quddiem Alla u l-vokazzjoni tiegħek fil-Knisja ta' Kristu San Franġisk t'Assisi għamel din il-mixja u wasal biex jiskopri dak li Alla kien qiegħed isejjaħlu għalih.

F'Isem il-Mulej I & II

Żewġ korsijiet dwar il-kitbiet tal-Fqajjar t'Assisi.

Ħolqien 2007

Kors ta' Spiritwalità u Formazzjoni Ambjentali organizzat flimkien mal-Kummissjoni Ambjent (Arċidjoċesi ta' Malta). Opportunità biex wieħed jiżviluppa etika ambjentali nisranija li tmur 'l hinn minn sentimentaliżmu żejjed u hi bbażata fuq l-Evanġelju u tagħrif xjentifiku aġġornat.

Jiena Klara

Klara t'Assisi fil-kitbiet tagħha.