X'inhi l-Lectio Divina?

Il-Lectio hija l-bażi tal-mixja li għandha bħala għan il-konverżjoni kontinwa ta’ l-individwu lejn is-sejħa li Alla qed jagħmillu. Huwa l-messaġġ ta’ Alla lill-bniedem. Messaġġ li fih innifsu jgħodd għal kulħadd. Jgħodd għall-familji u l-ġenituri li jridu jifhmu aħjar x’qiegħed jitlob Alla mill-fidi tagħhom. Huwa għaż-żgħażagħ li jridu jinżlu aktar fil-profond tal-messaġġ ta’ Kristu. Huwa messaġġ għall-katekisti li l-Kelma t’Alla jridu jgħallmuha lill-oħrajn. Huwa l-mument li fih il-bniedem jomgħod sewwa l-Kelma t’Alla biex ikun jista’ jgħix il-valuri li joffri l-Evanġelju meta l-ħajja mhix qiegħdha tissodisfa lill-bniedem.

Fejn issir, u min jista' jattendi?

Opportunità miftuħa għal nies ta’ etajiet diversi. Fid-dawl taċ-ċentralità li l-Kelma t’Alla kellha fil-ħajja ta’ San Franġisk u għandu jkollha fil-ħajja ta’ kull nisrani, il-fraternità tagħna ħolqot dan l-ispazju għall-qari u l-istudju tal-Kelma darba fil-ġimgħa, kull nhar ta' Erbgħa fit-20:30 ġewwa Dar Frate Jacoba, Triq Wied iż-Żiju, Wied il-Għajn.