Il-Proġett ta' Dar Frate Jacoba

Dan il-proġett - uniku tax-xorta tiegħu - huwa mdawwar ma' kommunità miftuħa, magħmula minn reliġjużi u lajċi, flimkien ma' żgħażagħ li jsibu ruħhom mwarrbin u ttimbrati bħala 'każijiet soċjali'.

X'hemm differenti f'dal-proġett?

Ir-residenti ta' Dar Frate Jacoba jimxu fuq is-sistema tal-permakultura u jgħixu f' komunita miftuħa li tibbaża ruħha fuq tlett kelmiet: Spiritwalita, Filantropija u Ambjent. Intgħazlet din is-sistema għax hi l-aktar waħda li tħaddan fiha dawn it-tliet prinċipji. Din hija l-ewwel u attwalment l-unika komunita f' Malta li, b'mod ħolistiku, tgħix ir-realta tat-tliet prinicipji b'mod sostenibbli.

Għal min hi mmirata Dar Frate Jacoba?

Din id-Dar tilqa' fi ħdanha żgħażagħ għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli, li sikwit jirreferu għalihom bħala 'każijiet soċjali'. Dawn iż-żgħażagħ jgħixu flimkien mar-residenti bil-għan li jkunu parti mill-kommunità. Il-post inissel sens ta' paċi u meta persuna tgħix fih, tibda proċess ta' bidla f'hajjitha. Din l-esperjenza digà ġarrbuha r-residenti tad-Dar.

Għaliex dan l-ambjent hu daqshekk importanti?

Dan l-ambjent huwa neċessarju għax il-karattru tal-inidividwu jkun jista' joħrog mingħajr inibizzjonijiet u b' hekk jaffronta l-biżgħat tiegħu. Meta s-sistema ta' terapija li tintuża taħdem fuq l-ambjent li persuna tgħix fih, ma ssirx vjolenza fuq il-karattru tagħha.

X' inhu x-xogħol involut f' dan il-proġett?

Il- ħtigijiet tad-Dar huma kbar u d-domanda qiegħda dejjem tibker. Għaldaqstant, fl-2010 saret applikazzjoni għal estenzjoni ta' residenza ġdida li tkun tista' tilqa' fiha sittax-il żagħżugħ u żagħżugħa u toffrilhom saqaf fuq rashom. Dan il-proġett jikkonsisti f' basement, semi-basement, u sular ieħor bi ħdax-il kamra tas-sodda. Dan kollu ġie approvat mill-MEPA u se jiswa madwar € 200, 000.

Kif nista' ngħin?

Qegħdin infittxu persuni li lesti jagħtu donazzjoni ta' €10 fix-xahar għall-perjodu ta' ħames snin. Dan l-impenn jgħinna nilħqu s-somma ta' € 200, 000 biex dal-proġett jitwettaq. L-għajnuna tiegħek hija meħtieġa ħafna u apprezzata.

Min jixtieq jiġi jżurna, jistà jiġi bil-qalb kollha. Dar Frate Jacoba qiegħda f'Wied iż-Żiju, Marsakala (it-tnieni triq fuq il-lemin wara ċ-Chef's Choice, imbagħad l-ewwel daħla fuq il-lemin).

Skema ta' Pledge

Kull min huwa interessat li jingħaqad mal-kawża tagħna huwa mħeġġeġ li jirreġistra l-pledge tiegħu mal-Fondazzjoni billi jibagħtilna dawn id-dettalji:

  • Isem
  • Kunjom
  • Indirizz
  • Numru tal-mowbajl/ telefown

Kull minn jirreġistra għall-iskema ta' pledge ser ikun qed jikkontribwixxi b'donazzjoni ta' €10 fix-xahar għal perjodu ta' 5 snin. It-termini għall-pagamenti jiġu miftehma ladarba sseħħ ir-reġistrazzjoni; preferibbilment il-pagamaneti jsiru b'flus kontanti, trasferiment bankarju (fil-kontijiet imsemmija hawn taħt) jew b'ċekk indirizzat lil Youth Alive Foundation.

Jekk inti interessat li tingħaqad fl-iskema ikkuntattjana b'email f'dan l-indirizz:

youthalivefoundation@gmail.com, jew ċemplilna fuq 2099 5249.

Donazzjonijiet

Kull tip ta' donazzjoni oħra li mhijiex parti mill-iskema għandha tiġi ttrasferita f'dawn il-kontijiet bankarji:

  • Banif 5006 7181
  • BOV 4002 1015 953
  • HSBC 0490 1364 2001
  • APS 2000 0820 511