Inkun Sinjal tas-Saltna

Noti minn diskors li Giacomo Bini OFM g?amel lill-Klarissi ta' l-Italja
Insib...

Hija l-esperjenza t’Alla li tagħmel minn ħajjitna verament ħajja. Issib, u waqt li qed tfittex, terġa’ ssib, u hekk ma tedha qatt tfittex. Din hi l-ħajja. Hemm bżonn nagħmel l-esperjenza u mhux nidħol fi skema! Fil-ħajja reliġjuża dan huwa periklu, tentazzjoni, l-aktar meta naħseb li kollox sejjer sew. Il-qaddisin ma beżgħu qatt mill-iskumdità.

Jekk l-esperjenza t’Alla mhix qawwija, se nkun misjuq mill-istrutturi u l-entużjażmu jmut. Il-Mulej jibqa’ jħabbat wara l-bieb għax isib reżistenza mill-abitudni li tipparalizza ‘l-persuna.

Immur Inbiegħ...

Nissogra mmur. Jekk ma nissugrax, norqod. Ma nistax nitkellem fuq dixxerniment jekk ma nissugrax, għax id-dixxerniment irid isir fil- ħajja, u mhux barra minnha.

Il-Mulej isejjaħli biex immur. Fejn? ħu f’idejk il-Bibbja u titgħallem tissogra.. Jista’ jkun li se tiltaqa’ ma xi tfixkil, imma tista’ ssewwih bl-evalwazzjoni. Itlaq, inkella se teħel fil-ħolm! Hekk kif tibda tifhem u l-Mulej jibda jurik, itlob u staqsi għal parir, imma tiqafx.

Mhux dejjem insib il-kuraġġ, u l-biża’ ssir bħal bieb li jag]laqni quddiem Alla. Dak li hu jitlob minni hija fiduċja fih. Spiss fil-Bibbja naqra: Tibżax, jiena miegħek. Mur, la tibżax!

Jekk nissogra, negħleb il-biża’, u kif nitlaq jinfetħuli orizzonti ġodda.

Paġna: 1 2 3