Riflessjoni fuq il-Komunjoni

fid-dawl tad-dokument sinodali "Adolexxenti u żgħażagħ" (kontribut fl-Ewwel Assemblea Djocesana dwar il-Pastorali ma’ l-Adolexxenti u ż-Żgħażagħ, 1 t’April 2006)

1. lż-żgħażagħ maltin huma bil-għatx għall komunità, b'mod speċjali f'dan iż-żmien meta numru kbir ta' familji nbidlu f’hotels u ħafna anqas familja m’ghandhom. X'qed noffrulhom?

2. Veru jew le li l-ħajja komunitarja fil-knisja lokali għaddejja minn kriżi? Bosta mill-komunitajiet tagħna, anke reliġjużi, tilfu kull sens ta’ direzzjoni, fejn l-individwaliżmu sar il-mod ta’ ħajja. Min fejn ġej dan?

3. L-istrutturi li għandna għadhom jgħoddu llum? Jekk hawn xi ħadd li jgħid “iva”, allura għaliex anke dawk li qeghdin fihom qed jaħarbu minnhom (inklużi dawk fil-ħajja reliġjuża)?

4. M’aħniex nindunaw li qegħdin nippruvaw inraqqgħu l-pannu bil-qargħa aħmar u nqegħdu nbid gdid f’damiġġjani qodma, u li qegħdin nitilfu l-inbid għalkemm xi drabi d-dammiġġjani mregħdin bis-susa għadhom hemm u jridu jibqgħu hemm?

5. Għandi l-impressjoni li donnu qegħdin naħsbu li l-immovibilità hija l-garanzija ta’ l-infallibilità! Imma infallibilità f’hiex? Fil-metodi tagħna, għax naħsbu li peress li dejjem ħadmu għandhom jibqgħu jaħdmu? Niftakru fil-qaddisin fundaturi li proprju kien il-metodu li bidlu u mhux it-tagħlim. Ġesù Kristu għadu sfida li togħġob illum; huma s-sistemi u l-metodi tagħna li qeghdin jimmalfamawh.

Paġna: 1 2 3