Riflessjoni fuq il-Komunjoni

fid-dawl tad-dokument sinodali "Adolexxenti u żgħażagħ" (kontribut fl-Ewwel Assemblea Djocesana dwar il-Pastorali ma’ l-Adolexxenti u ż-Żgħażagħ, 1 t’April 2006)

6. Vera li ħafna jridu jagħtu daqqa’ t’id, imma jekk verament hu hekk ħafna drabi tista’ tagħmel dan billi tneħħi jdejk min-nofs u tħalli oħrajn jaħdmu.

7. Veru jew le li bosta mill gruppi taż-żgħażagħ huma ppersegwitati ġo darhom stess? Lesti naġevolaw lil min ma jaqlgħax inkwiet u jħalli kollox kif dejjem kien; mill bqija, inkissru lil min joħrog b'idejat ġodda.

8. Veru jew le li t-trends fost iż-żgħażagħ iwerwruna għax jisfidaw mentalità multimillenarja ta' kif naħsbu li għandha ssir pastorali magħhom?

9. Ħafna drabi rridu ngħidu lil kulħadd x’għandu jemmen u kif għandu jemmen u ngħabbuhom b’liġijiet li m’humiex għajr preċetti tal-bnedmin, u li kieku kellhom jisimgħu minna nagħmluhom nies ħaqqhom l-infern seba’ darbiet aktar minna!

10. Kristu hu ħelsien – imħabba! Għaliex dan iż-żgħażagħ mhux qegħdin jarawh jew jekk jarawh xorta qegħdin jibżgżu jiltaqghu miegħu? Kif qeghdin nippreżentawlhom is-saltna t’Alla? Jekk jiġu għandna kif qegħdin jaraw lilhom infushom: għasafar li deħlin f’gaġġa jew għasafar li qegħdin jitgħallmu jtiru biex igawdu l-bosk? Dawk li jmexxu kemm huma lesti jtiru maż-żgħażagħ u jgħixu magħhom? Jew nippreferu ngħidu kliem sabiħ imma m’aħniex lesti noħorġu minn ġol-gaġġa għax inħossuna aktar safe fiha?

Paġna: 1 2 3