Riflessjoni fuq il-Komunjoni

fid-dawl tad-dokument sinodali "Adolexxenti u żgħażagħ" (kontribut fl-Ewwel Assemblea Djocesana dwar il-Pastorali ma’ l-Adolexxenti u ż-Żgħażagħ, 1 t’April 2006)

11. Veru jew le li l-kelma 'kollaborazzjoni' ma tinsabx fid-dizzjunarji tagħna, għax flokha daħħalna l-kelma 'kompetizzjoni', u dan għax b'hekk niġbdu aktar żgħażagħ lejna, u jkun ferm aktar faċli nżommuhom magħna, b'riżultati tista' tgħid immedjati? Insejna li ż-żgħażagħ irridu noħduhom għand Kristu, u mhux nibnulhom tempju fejn jaduraw ix-xbihat minquxa tal mexxejja tagħhom?

12. X’inhi din il-biża’? Mhux qed nindunaw li fil-kompetizzjoni dejjem se jkun hemm min hu tellief la darba hemm ir-rebbiegħ, mentri fil-kollaborazzjoni hija l-komunità li toħrog rebbieħa?

13. Veru jew le li ħafna mill-gruppi tagħna jiġu letteralment jaqgħu u jqumu mis sejħat li regolarment isiru fuq livell djoċesan? U ta' min hu t-tort veru? Forsi mhux ta' min imexxihom, li wisq drabi l-anqas biss jindenja ruħu jaqralhom il-posta li jirċievi? Minn xiex qed nibżgħu, nirrepeti?

14. Veru jew le li l-kuntatt mal-media u mas-soċjetà in ġenerali huwa ħafna drabi limitat sakemm nieħdu dak li rridu min għandhom? Kemm inħossuna responsabbli li bħala knisja nedukawhom fuq il-veri valuri, sal punt li nisfidawhom anke fuq sistemi u policies? Tidher id-differenza bejnna u gruppi oħrajn li mhumiex tal-knisja, jew is soċjetà f'għajnejna hija biss baqra taħleb? U allura, kif igħid il-malti, aħjar ma ndardrux l-ghajn li rridu nixorbu minna?

15. Kemm jinteressana fil-verità minn dawk li huma fit-trufijiet tal-knisja jew tas-soċjetà?

Paġna: 1 2 2